Filmat: X’mistoqsijiet għandek dwar il-coronavirus?

Read in English.

Prof. Michael Borg, il-Kap tas-Sezzjoni tal-Prevenzjoni tal-Infezzjonijiet fl-Isptar Mater Dei wieġeb uħud mil-mistoqsijiet tal-pubbliku dwar il-coronavirus.

F’sessjoni live fuq Facebook, li bdiet ftit wara l-10am, Prof. Borg iddedika 15-il minuta.

Min għandu xi mistoqsijiet, jista’ jibgħat direttament lill-Isptar Mater Dei jew inkella jibgħat imejl fuq ask@newsbook.com.mt.

Uħud mill-mistoqsijiet li qed jistaqsu n-nies:        

  • Għandi nilbes maskra biex immur għand tal-ħanut, meta mmur nimxi?
  • Għandi nieħu vitamini? U x’tip ta’ vitamini?
  • Meta tasalli x-xirja li nagħmel online, kemm għandi nħalli l-prodotti fil-basket qabel nibda nitfagħhom fil-cupboards?
  • Għandi 2 kundizzjonijiet: Bronkite kronika mit-twelid u ilni bl-ażma minn meta kelli 13-il sena. Qatt ma dħalt l-isptar. Naqa’ fil-kategorija ta’ dawk obbligati li jagħmlu l-lockdown?
  • Hemm pjan li jiżdiedu t-testijiet li qed isiru?
  • Is-servizzi fid-djar, bħal tiswijiet, għadhom siguri li jsiru, meta kemm il-persuna teknika u anke r-residenti ma jkunux jafu lil xulxin u ma tkunx taf x’kuntatt kellhom?