X’m’għandekx tagħmel fuq ajruplan?

Titjira bl-ajruplan hija stressanti fiha nfisha. Wara pressjoni biex wieħed  ma jitlifx l-ajruplan, ħin twil ta’ stennija fi kjuwijiet twal u ikel għoli, huwa normali li wieħed ma jaġixxix bl-iktar mod aċċettabli.
Fost l-iktar affarijiet frustranti li wieħed jista' jagħmel fuq ajruplan insibu; li ma jużax headphones waqt li qed juża l-mowbajl b’volum għoli, li jieħu parti mis-siġġu tal-persuni bilqiegħda ħdejh, li ma jagħtix kas tat-tfal tiegħu u li jkollu riħa mhux pjaċevoli.
L-iktar ħaġa irritanti però hija li wieħed jagħti bis-sieq mad-dahar tas-siġġu ta’quddiemu.
B’mod ġenerali, il-vjaġġaturi jippreferu jkollhom interazzjoni minima ma’ passiġġieri oħra.
Dan li ntqal hu bbażat fuq riċerka ppubblikata minn Expedia, skont sondaġġ tal-etikett fuq l-ajruplani u l-lukandi tal-2018.