X’marret tagħmel Olivia għand Rebecca?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa se naraw lil John joħroġ barra mill-uffiċċju biex ikellem il Chris. Etienne x’se jgħidlu lil Tristan u x’jaħseb?

X’marret tagħmel Olivia għand Rebecca? Dwar xiex tkellmu? Rebecca sserħilha moħħha jew le? Tristan u Etienne ikellmu lil John dwar in-negozju tiegħu. X’se jgħidulu? Għaliex ma jafadahx lil Saviour?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind. Jixxandar b’mod esklussiv fuq Melita More, Cable Channel 315, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm.