Life rings u tabelli fil-bajjiet f’Għawdex

F’Għawdex għadhom kemm ġew stallati life rings b’tabelli informattivi magħhom, li jinkludu n-numru tal-emerġenza 112 kif ukoll informazzjoni dwar l-ewwel azzjoni li għandha tittieħed.

Il-life rings u t-tabelli ġew installati mill-Ministeru għal Għawdex f’Marsalforn, il-Qbajjar, ix-Xwejni, ix-Xlendi, Mġarr ix-Xini, ir-Ramla u Ħondoq ir-Rummien.

Fi stqarrija, il-Ministeru għal Għawdex qal li din l-inizjattiva hija l-ewwel waħda ta’ din ix-xorta f’Malta u Għawdex.

Il-ġimgħa li għaddiet qarrej ta’ Newsbook.com.mt bagħtilna ritratt ta’ waħda mit-tabelli mingħajr il-life ring, li huwa wieħed minn dawk li ġew stallati.