“X’korruzzjoni? Xi frodi?” – It-3 Ministri b’appell urġenti

Read in English.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi u l-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona fetħu appell urġenti wara li jumejn ilu l-Maġistrat Doreen Clarke ddeċidiet li hemm bażi biżżejjed għal inkjesta kriminali dwar l-involviment tagħhom fil-ftehim tal-bejgħ tat-tliet sptarijiet. It-tliet Ministri ċaħdu xi tip ta’ korruzzjoni jew frodi:

“X’korruzzjoni? Xi frodi?”

Nhar l-Erbgħa, il-Maġistrat Clarke ddikjarat li t-talba tal-għaqda mhux governattiva Repubblika għandha tiġi aċċettata fid-dawl ta’ evidenza ġdid b’rabta mal-imġiba tal-Ministri fil-bejgħ tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karin Grech, lil Vitals Global Healthcare (VGH). Hija rreferiet il-każ lil maġistrat ieħor li bħalissa qed jinvestiga lil Ivan Vassallo, is-sid ta’ Technoline.

Inkjesta Sptarijiet: It-3 Ministri investigati għat-tieni darba

Fl-appell tagħhom fil-Qorti Kriminali, il-Ministri qed jargumentaw li l-Maġistrat Clarke marret oltre mit-talba oriġinali ta’ Repubblika, li staqsietha tiddeċiedi biss jekk hemmx bażi għal inkjesta jew le.  I

L-appell ġie ffirmat mill-avukati Aron Mifsud Bonnici u Christopher Vella.