X’konnessjoni hemm bejn Claude u s-sur Said Conti?

Peter Borg bħala Paul Said Conti f'Manwela

X’konnessjoni hemm bejn Claude u s-sur Said Conti? X’qalilha lil Norma dwar ħuh u għaliex f’għajnejn missieru kien weħel hu ta’ kollox? Manwela marret ħdejn Diriana biex tkellimha… x’qaltilha Jennifer u x’taħseb dwar dan kollu? Noah mar lura tard id-dar… x’qaltlu Sarah u x’risposti qed tistenna?

Manwela xi staqsietha lil omma dwar zijuha u x’qaltilha? Flimkien insegwu l-laqgħha li Jennifer kellha ma’ ħuha l-ħabs. Illum marret għax-xogħol mas-sur Said Conti… x’qalilha dwar ir-regolamenti tad-dar u qablet magħhom jew le?

Min mar jara lil Diriana u x’qaltlu Manwela? X’ġaralha? Raġel liebes tassew eleganti mar il-ħanut ta’ Gina. X’ġara u għaliex b’dak li qalilha werwirha?

Dawn il-msitoqsijiet jiġu mwieġba fis-seba’ puntata mill-ewwel staġun mis-sensiela Manwela, li se tixxandar illum it-Tlieta fil-5.15pm fuq Melita Cable, Channel 315.

Manwela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.