X’konnessjoni hemm bejn Catherine Zeta-Jones u Anna Dalli ta’ Il-Mandraġġara?

Catherine Zeta-Jones & Anna Dalli
Catherine Zeta-Jones u Anna Dalli

Illejla fid-9pm fuq TVM tkompli tixxandar is-sensiela Il-Mandraġġara li oriġinarjament ixxandret f’April tal-2001. Protagonista f’din is-sensiela nsibu lill-attriċi Anna Dalli fil-parti ta’ Dola, il-Mandraġġara.

Kurżita interessanti dwar din l-attriċi hi li 9 snin qabel ma’ ħadmet il-parti fis-sensiela Il-Mandraġġara, l-attriċi kienet għamlitha ta’ stand-in għall-attriċi Catherine Zeta-Jones fil-film Christopher Colombus – The Discovery li nħareġ fl-1992. Dan il-film kien inħadem f’pajjiżna u Dalli ntagħżlet biex tidħol flok Zeta-Jones għal xi xeni minn dan il-film.

Catherine Zeta-Jones f’xena minn Christopher Colombus: The Discovery

Anna Dalli twieldet fl-Isla nhar it-2 ta’ Awwissu tal-1961. Apparti xogħlijiet fuq it-televiżjoni u fil-films Dalli ħadmet ukoll fis-settur edukattiv bħala għalliema.

Anna Dalli f’Il-Mandraġġara

Fil-qasam teatrali ħadmet f’numru ta’ spettakli mużikali bħal Scrooge, Les Msierables u Ġesù ta’ Nazaret kif ukoll produzzjonijiet bħal Madame X u Il-Fidwa tal-Bdiewa. Idderiġiet ukoll diversi produzzjonijiet bħal SPiru Cefai, Karmena Abdilla: Il-Ħajja Tagħha u Sister Act.