X’konnessjoni għandhom dawn ma’ Karen?

Ritratt: Coldman Photography

Debbie Scerri, Bryan Muscat u Thea Debono llum se jingħaqdu fil-cast tas-sensiela Elf Metodu li tixxandar fuq l-istazzjon One fil-ħin tad-9pm. Huma jinterpretaw lil Doreen, Mario u Svetlana u se naraw x’inhi l-konnessjoni tagħhom ma’ Karen.

Illejla se naraw ukoll kif se tiżvolġi l-ħajja ta’ Karen issa li, bis-saħħa t’Elvis, id-djarju waqa’ f’idejn il-pulizija.

Elf Metodu għandha kitba ta’ Simon Bartolo fuq idea oriġinali ta’ Mark Doneo. Is-sensiela hi mtella’ mill-Kunsill Malti għall-Arti u Kultura TV. Id-direzjoni hi ta’ Jameson Cucciardi.