X’kienet ir-reazzjoni tagħhom meta saru jafu li kellhom il-Covid-19?

Fl-edizzjoni tal-lum ta’ Sensilhena Christine Delicata se titkellem ma’ Karl Wright u ma’ Dr Joe Cassar dwar l-esperjenza tagħhom meta qalulhom li għandhom il-Covid 19. X’kienet ir-reazzjoni tagħhom? Kemm beżgħu? Kif kellhom jibdlu l-ħajja tagħhom u ta’ madwarhom? Teżisti stigma lejn dawn in-nies anke wara li jfiqu?

Dr Anton Grech ser jitkellem dwar kif wieħed għandu jegħleb il-biża’ waqt li l-istoriku tal-arti Hilary Spiteri jispjega biċċa xogħol tal-arti relatata mat-tema tal-programm.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi Media b’direzzjoni ta’ Paul Jones.

Sensilhena tixxandar fuq TVM2 illum l-Erbgħa 3 ta’ Ġunju fit-8.15pm b’repetizzjoni s-Sibt fis-7.30pm u l-Ħadd fid-9.00am fuq TVM2.