X’kien se jgħid il-Papa kieku ġie Malta

Peppi jitkellem dwar id-diskos li kien se jagħmel il-Papa fuq il-Fosos

Peppi jitkellem dwar id-diskors li kien se jagħmel il-Papa fuq il-Fosos

Posted by Xarabank on Monday, June 1, 2020

Il-preżentatur ta’ Xarabank Peppi Azzopardi tella’ vlogg fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Xarabank fejn bassar x’kien jgħid il-Papa Franġisku kieku f’dawn il-jiem għamel iż-żjara f’Malta kif kien previst.

Biex jagħmel dan it-tbassir, Azzopardi rrefera għall-kitbiet u omeliji li għamel il-Papa Franġisku fid-diversi żjajjar tiegħu madwar id-dinja. Prominenti f’dawn il-kitbiet hemm il-ħsibijiet tiegħu ta’ solidarjetà mal-immigranti.

Huwa ttraduċa diversi siltiet minn dawn l-omeliji fosthom fejn il-Papa Franġisku staqsa kienx hawn min xerred demgħa meta ra lil dik l-omm itturrufnata minn art twelidha b’tarbija f’idejha, jew meta jara żagħżugħ li jagħżel li jissielet għal ħajtu mal-mewġ, minflok jibqa’ fil-kampijiet tal-konċentrament fil-Libja.