“X’kien jiġri kieku Matthew Psaila miet taħt il-liġi proposta?”

Emendi fil-liġi dwar is-saħħa u s-sigurtá fuq il-post tax-xogħol biex tinkludi l-korpi dixxiplinati tistá toħloq sitwazzjonijiet bla preċedent. Fil-parlament, id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttiġieġ qajmet numru aspetti marbuta mal-protezzjoni ċvili, il-pulizija kif ukoll l-Armata.

Id-deputat Nazzjonalista kienet qegħda titkellem fid-diskussjoni dwar emendi fil-liġi li tirregola l-Awtorita’ għas-Saħħa u Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA). L-emendi proposti qed jissuġerixxu li l-korpi dixxiplinati jiġu nklużi bħala entitajiet li jaqgħu taħt l-osservanza tal-liġi għas-Saħħa u Siġurta’ fuq il-Post tax-Xogħol.

Buttiġieġ staqsit x’kien jiġri li kieku r-rekluta li miet waqt taħriġ tal-Forzi Armati (Matthew Psaila – 13 Frar, 2009) miet taħt il-liġi qed tiġi proposta.

Jinħelsu mill-akkużi tal-mewt tal-Gunner Matthew Psaila

Bl-istess mod, Buttiġieġ kompliet tgħid li l-ġimgħa li għaddiet, membri tal-Protezzjoni Ċivili daħlu fil-periklu biex jitfgħu n-nar fil-Miżieb meta r-regolamenti tas-saħħa u sigurtá jgħidulek li l-obbligu ma min iħaddem hu li joħroġ lill-impjegati barra mill-periklu u mhux idaħħalhom fih.

Hi staqsiet il-preparamenti għal din il-liġi u appellat li ikun iktar emfażi fuq il-każi ta’ periklu minħabba l-postijiet tal-kostruzzjoni.