Xkiel tal-programmi globali tat-tilqim jaf ifisser dewmien tat-tilqim tal-coronavirus

REUTERS/Dado Ruvic/Illustration

Read in English.

Tfixkil kbir tal-programmi globali tat-tilqim minħabba l-pandemija tal-COVID-19 qed iwassal biex esperti tas-saħħa jinkwetaw li ħafna pajjiżi fid-dinja li għadha qed tiżviluppa ma jkunux jistgħu jirċievu t-tilqima għal kontra l-coronavirus, anke jekk din titlesta.

Ir-Reuters irrapporta li l-aġenziji tal-Ġnus Magħquda (UN) u l-alleanza tat-tilqim GAVI qalet li 80 miljun tifel u tifla f’madwar 68 pajjiż jistgħu jkunu fir-riskju tad-diphtheria, il-ħosba (measles), u l-poljo. Dan peress li sforzi ta’ rutina tat-tilqim tħarbtu mir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar, dewmien, u biża’ mill-ġenituri li jibżgħu joħorġu mid-djar tagħhom.

Il-Kap Eżekuttiv tal-GAVI Seth Berkley qal li jekk dawn l-ostakli jibqgħu jfixklu l-programmi ħafna pajjiżi jafu jsibu ruħu mhux ippreparati biex jamminstraw il-vaċċin kontra l-coronavirus. Din qed tiġi żviluppata minn aktar minn 100 proġett madwar id-dinja.

Waqt konferenza tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) Berkley qal lill-ġurnalisti li jekk ma jieħdux ħsieb l-infrastruttura tat-tilqim li żżomm dawn il-programmi ħajjin, ikun hemm riskju li ssir ħsara kontra l-abbilità tagħhom biex jintroduċu t-tilqima tal-COVID-19. Qal li t-tilqima tirrappreżenta l-aħar metodu ta’ kif id-dinja tista’ tirbaħ kontra l-pandemija.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn