X’jista’ jsir aktar biex il-familji jħossuhom parti mill-Knisja?

Sensilhena

Fl-edizzjoni tal-lum tal-programm Sensilhena li jixxandar fid-9.30pm fuq TVM 2 Christine Delicata  terġa’ titkellem ma’ Mons Isqof  Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex, li se jkompli jitkellem dwar il-familja u l-isfidi li qed taffaċċja llum il-ġurnata.  X’jista’ jsir aktar biex il-familji jħossuhom  parti mill-knisja? Anke dawk il-familji li m’humiex tradizzjonali?  Għal dawk il-familji li jħossuhom mwegġgħin mill-knisja? 

Hilary Spiteri din il-ġimgħa żar u ser jitkellem dwar il-Kappella ta’ Bir Miftuħ li tinsab il-Gudja. Din hija kappella kbira imma sabiħa u rrestawrata. Bħalissa Din l-Art Ħelwa qed tieħu ħsiebha. 

Fr Paul Chetcuti sj, ser jitkellem dwar l-importanza tat-talb fil-ħajja tal-bniedem. 

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPI media, b’direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia. Ir-repetizzjonijiet ta’ dan il-programm jixxandru l-Ħamis fis-2.30pm u l-Ħadd fil-11.15am fuq TVM2