X’jilqa’ lit-turisti malli jirfsu f’Malta?

Malli jaslu Malta u jaqbdu triqthom lejn il-lukanda, ħafna turisti jispiċċaw konfużi, peress li l-ewwel sinjal li jilqagħhom f’Malta, mar-roundabout viċin l-ajruport, mhuwiex daqshekk ċar.

Qarrej ta’ Newsbook.com.mt bagħat dan ir-ritratt, jilmenta b’kemm mhix ċara t-tabella tas-sinjali qrib l-ajruport, tant li bosta turisti jispiċċaw jieħdu triq b’oħra.

Sikwit it-turisti jitfixklu huma u jirritornaw il-karozza lejn l-ajruport, peress li m’hemmx indikazzjoni ċara tad-direzzjoni li jridu jieħdu. “Diversi jibqgħu sejrin dritt lejn Ħal Far u mbagħad iridu jsibu kif se jduru lura,” ikkummenta l-qarrej.

Jekk għandek xi ritatti ta’ sinjali tat-toroq li mhumiex ċari, ibgħathom fuq news@newsbook.com.mt.