X’jiġri x’ħin tmut?

Qatt ħsibt fuq x’jiġri meta tmut? Mhux neċessarjament biss b’mod spiritwali, imma anka f’sens fiżiku.

Hawn hu l-proċess, pass pass, x’jiġri eżatt kif tieqaf qalbek:

  1. Tieqaf il-qalb u d-demm jinġabar f’post wieħed fil-ġisem

Id-demm jinġabar fil-vini u fl-arterji, għax il-qalb ma tibqax tmexxih.

  1. Jibda jinbidel il-kulur tal-ġisem

Peress li jieqaf jimxi d-demm, il-ġisem jidher griż u abjad, u anka mbenġel fil-postijiet fejn inġabar id-demm.

  1. Jibda l-proċess t’algor mortis

Dan huwa l-proċess fejn il-ġisem jitlef it-temperatura normali tiegħu, jiġifieri dik ta’ 37°C.

  1. Mbagħad jibda l-proċess ta’ rigor mortis

Hawnhekk fejn jibda jibbies il-ġisem.

  1. Però, l-ġisem xorta jkun għadu qed jiċċaqlaq!

Il-muskoli jibqgħu jiċċaqalqu għal ħafna sigħat wara l-mewt, li jagħtu l-impressjoni li l-ġisem għadu ħaj.

  1. Jitlaq it-tikmix kollu

Dan peress li l-muskoli jieqfu jaħdmu.

  1. Tagħmel taħtek!

Iva – dan ukoll peress li l-muskoli kollha jieqfu jaħdmu.

  1. Jibdew jinxtammu rwejjaħ jintnu ġejjin mill-ġisem

Il-batterji jibdew jiddikomponu l-ġisem.

  1. Mal-irwejjaħ jiġu l-insetti

L-ewwel id-dubbien, mbagħad id-dud, nemel, brimb, wirdien, u minn kollox!

  1. L-għajnejn u l-ilsien jintefħu

Dan minħabba l-gassijiet ħerġin mill-ġisem minħabba li qed jiddekomponi.

  1. Il-ġisem jiġi artab

Jiddekomponi kompletament minn ġewwa, u eventwalment jaqa’ biċċiet minn barra wkoll.

  1. L-għadam isir trab

Wara ħafna snin, batterji u organiżmi oħra jkissru l-għadam fi trab.