X’jiġri meta nħallu l-klieb jew il-qtates d-dar waħidhom?

X’jiġri meta nħallu lill-klieb jew il-qtates tagħna d-dar waħidhom? Tgħid jiftħu l-bibien, jiddendlu mal-purtieri jew jeqirdu cushions u mħaded.
Fl-Ingilterra tnediet kompetizzjoni għal min għandu xi annimal domestiku u jrid jibgħat ritratt tal-ikbar “diżastru” li qatt ħallew warajhom l-annimali tagħhom meta dawn ikunu waħidhom id-dar.
Min jibgħat l-isbaħ ritratt se jirbaħ is-somma ta’ 600 ewro li tista’ tintuża biex jinxtraw affarijiet tad-dar. Dan sar bil-għan li s-sidien tal-annimali jkunu jistgħu jixtru mill-ġdid l-affarijiet li jeqirdu l-klieb jew il-qtates tagħhom meta jkunu fil-libertà li jagħmlu li jridu fid-dar.