Xjenzati żagħżagħ Maltin mal-aqwa fl-Ewropa

Ħames xjenzjati Maltin mill-Università ta’ Malta marru fiċ-Ċentru għar-Riċerka Konġunta (JRC) f’Ispra, l-Italja, fejn l-aqwa mħuħ tal-Ewropa jaħdmu biex jipprovdu evidenza indipendenti biex jagħtu appoġġ lill-politika li tiġi żviluppata mill-Unjoni Ewropea – politika li jkollha impatt dirett fuq il-ħajja tan-nies.
Ix-xjenzati Maltin marru f’dan il-hub ta’ riċerka Ewropea wara li rebħu l-JRC’s Young Scientist Award.
Dr James Carlo, Sephora Sammut, Joanna Vella, Dr Shawn Baldacchino u Dr Vanessa Petroni ġejjin mill-oqsma tal-arja u l-klima, l-ilma u r-riżorsi tal-baħar, u s-saħħa fis-soċjetà.
F’Ispra, osservaw xjenzjati ewlenin fl-oqsma tagħhom li tawhom ħarsa esklussiva mill-qrib dwar ix-xogħol li jsir f’JRC u l-mod kif jistgħu jsiru jafu aktar dwar kif potenzjalment jistgħu jagħtu kontribut huma stess liċ-Ċentru.
Il-qofol taż-żjara kienet preżentazzjoni fejn il-ħames xjenzjati pproponew il-proġetti tagħhom ta’ riċerka lil ġemgħa ta’ professjonisti tal-ogħla livell.
Il-Premju għal Xjenzjat Żagħżugħ huwa opportunità kbira għar-riċerkaturi promettenti fl-Università ta’ Malta biex iqajmu kuxjenza dwar ix-xogħol importanti li qed isir fl-Università, jaqsmu ma’ ħaddieħor l-ideat tagħhom, u joħolqu għaqda ma’ sħabhom fil-kumplament tal-Ewropa.