Xjenzati Russi jistudjaw ħofra kbira fis-Siberja

Uffiċjali Russi kkonferma l-eżistenza ta’ ħofra wiesgħa aktar minn 80 metru fil-peniżola ta’ Yamal.
L-ewwel li dehret din il-ħofra kien permezz ta’ filmat li ttieħed mill-ħelikopter meta kien jinsab fuq is-Siberja.
Xjenzati Russi mill-Istitut tal-Istudji Artiċi se jmorru fuq il-post biex jiġbru kampjuni tal-ġebel minn din il-ħofra biex ikunu f’pożizzjoni li jistudjaw aħjar dan il-fenomenu. 
Kelliem għall-Gvern Russu qal li l-ħofra ma saritx b’meteorita, għalkemm l-inħawi huma magħrufa għall-isplużjoni ta’ meteorita f’Tunguska fl-1908.
Esperti qed isostnu li l-ħofra tista’ tkun il-fdalijiet ta’ splużjoni taħt l-art permess li qrib hemm l-ikbar ħażna tal-gass naturali fir-Russja.