Xjentisti jiskopru l-ikbar serp li qatt eżista

Grupp xjentisti skoprew serp li kien jgħix madwar 58 miljun sena ilu fil-ġungla tal-Afrika t’Isfel. It-titanoboa, li kien renju ta’ terrur, kien jiżen iktar minn tunnellata u kellu anke l-kapaċità jibla’ kukkudrill.
L-iskoperta ta’ dan is-serp preistoriku toffri risposta għal għadd ta’ mistoqsijiet dwar il-passat, iżda toħloq ukoll dubju dwar il-futur.
Carlos Jaramillo, xjentist mal-Istitut tar-Riċerka Tropikali ta’ Smithsonian u parti mit-tim li għamel l-iskoperta, qal li “Qatt mhi se tgħaddilek minn moħħok li tiskopri boa constrictor twil 14-il metru. L-ikbar serp li jeżisti llum il-ġurnata hu nofs dak id-daqs.”
Hu mifhum li t-titanoboa jiġi mill-istess familja tal-anaconda u l-boa constrictor, minkejja li mill-bod. Is-serp ma kienx velenuż, iżda kien jgħaffeġ u joqtol lill-għedewwa bil-forza tiegħu.
Il-forza li wieħed iħoss meta das-serp jgħaffġu hi l-istess forza li wieħed iħoss jekk fuqu jpoġġi għal darba u nofs il-Brookyln Bridge.