Xjentisti fl-Awstralja jiskopru kif ġisimna jiġġieled il-coronavirus

A woman wearing a protective face mask is seen on a crossroad following the outbreak of coronavirus disease (COVID-19), in downtown Shanghai
REUTERS/Aly Song

Xjentisti fl-Awstralja ħabbru li identifikaw kif is-sistema immunitarja tal-ġisem tiġġieled il-virus COVID19.

Ir-riċerka, ippubblikata fuq il-ġurnal influwenti Nature Medicine turi li persuna tirkupra mill-virus bl-istess mod ta’ kif tagħmel f’każijiet ta’ influwenza.

Huma sabu liema huma l-erba’ tip ta’ ċelloli li rnexxielhom jieqfu għal dan il-virus. Prof. Katherine Kedzierska, koawtriċi tar-rapport, qalet li “dan hu mument importanti għaliex għall-ewwel darba qed nifhmu kif is-sistema immunitarja tagħna tiġġeled il-coronavirus il-ġdid.”

L-iskoperta għandha tgħin ukoll fl-iżvilupp ta’ tilqima kontra l-virus.

Ir-riċerka saret mill-Peter Doherty Institute for Infection and Immunity, ibbażat f’Melbourne. Iċ-ċelloli kienu osservati b’analiżi fuq pazjent li kellu każ deskritt bħala ħafif sa moderat u ma kellux problemi preċedenti ta’ saħħa.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn