X’jaħsbu l-Maltin dwar Jum l-Omm fi żmien il-COVID-19?

Studju mħejji minn ANCHOVY. u Onest Data jħares lejn il-mod ta’ kif iċ-ċittadini Maltin se jħarsu u jiċċelebraw Jum l-Omm din is-sena, fil-qalba tal-pandemija tal-coronavirus.

Fi stqarrija l-kumpanija spjegat li hi qed tipprova tifhem l-impatt li l-COVID-19 se jħalli fuq ċelebrazzjonijiet staġjonali tat-tip. Jum l-Omm din is-sena mistenni jiġi ċċelebrat fl-10 ta’ Mejju, bħal-lum xahar.

Minkejja r-restrizzjonijiet fiżiċi, ir-riżultat tas-survey pubbliku ħareġ li mas-60% tar-residenti lokali jemmnu li din is-sena, Jum l-Omm se jkollu sinjifikat akbar minn snin preċedenti. Is-survey, li ġie mwieġeb minn aktar minn 700 resident, issuġġerixxa wkoll li mal-40% tal-persuni lesti li jixtru r-rigal tagħhom minn ħwienet online.

ANCHOVY. spjegat li minkejja li r-riżultati huma pożittivi, id-ditti lokali għandhom jaraw li jibqgħu flessibli kemm jista’ jkun waqt li tkun għaddejja l-kriżi tal-COVID-19 u biex jaraw li jibqgħu ukoll relevanti għal Jum l-Omm.