Xita u ragħad: Appell biex jieħdu ħsieb l-armar tal-festi

Jidher li nuqqas ta’ riħ u arja aktar friska f’livelli għoljin tal-atmosfera, ikkawżaw l-iżvilupp terrestriju fuq l-art ta’ maltempata bir-ragħad iżolata fin-Nofsinhar ta’ Malta, ftit tal-ħin ilu.

Kawża ta’ dan qed isir appell biex id-dilettanti tal-festa jiedu ħsieb l-armar tal-festi ta’ Santa Marija u joqogħdu attenti mis-sajjetti.

Nuqqas ta' riħ u arja aktar friska f'livelli għoljin tal-atmosfera, ikkawżaw l-iżvilupp terrestriju (fuq l-art) ta'…

Posted by It-Temp Madwarna on Tuesday, August 14, 2018

Aktar kmieni dan il-lejl il-Gżejjer Maltin ħelsu minn maltempata kbira. Dan kien ikkonfermat mill-paġna ‘Aġġornament tat-temp’ fejn aktar kmieni dalgħodu ħabbret li Malta rnexxielha tevita maltempata kbira bi żbrixx.

Ritratti: Kurt Catania, Juan Debono,  Adrian Paul Debono