Xita ta’ 45,650 teddy bear

Kienet lejla tajba għat-tim tal-hockey tal-Hershey Bears u lejla rekord għat-teddy bears. It-tim professjonali minn Pennsylvania żamm it-tradizzjoni tiegħu magħrufa bħala t-Teddy Bear Toss li ilha ġejja s-snin.

L-idea hi li meta t-tim jiskorja l-ewwel gowl is-supporters jitfgħu t-teddy bears fil-pitch fejn tkun qed isir il-logħba  biex wara dawn il-ġugarelli jingħataw għall-karità. Din is-sena ntefgħu rekord ta’ 45,650 teddy bear.

Il-Hershey Bears skurjaw l-ewwel gowl tagħhom wara tmien minuta u fid-daqqa u l-ħin bdiet ix-xita ta’ teddy bears li baqgħet għaddejja għal tmien minuti sħaħ. It-teddy bears ġew mill kull parti tal-istadium u f’qasir żmien kien hemm munzelli minnhom. Xi wħud mill-plejers qabżu fuqhom u għamlu xalata.

Il-logħba damet wieqfa 40 minuta sakemm inġabru t-teddy bears kollha u ttieħdu fil-postijiet fejn ġew ippakkjati f’boroż biex jitqassmu fost 40 għaqda tal-karità f’Pennsylvania.