Xita qawwija tħalli iktar minn 50 mejta fil-Pakistan

Waqt li l-Mediterran qed ibati minn nixfa rekord, inħawi oħra tad-dinja qed ibatu mod ieħor.
Fil-Pakistan, il-kwantità ta’ xita li bdiet nieżla mis-Sibt waslet għal għargħar f’xi nħawi tant li tilfu ħajjithom iktar minn 50 persuna.
Diversi kienu l-inħawi li ħarġu twissijiet minn qabel biex ir-residenti jħallu djarhom u jmorru f’postijiet fil-għoli.
L-istaġun tal-monsoon għadu ma bediex u normalment iwassal għal konsegwenzi agħar.