Meta se terġa’ tqattar ix-xita?

Fl-aħħar ta’ din il-ġimgħa mistennija ftit xita.
Is-sit FirstMalta qed jirrapporta li minħabba xi instabbilità li qed tinfiltra lejn il-Mediterran, jista’ jkun li tinżel ftit xita fuq il-gżejjer Maltin.
Il-paġna tal-GozoWeather qed tirrapporta li ċ-ċans li tagħmel ix-xita l-Ħamis huwa ta’ 25% filwaqt li dan jinżel għal 15% għal nhar il-Ġimgħa.