Xita bir-ragħad u s-sajjetti jew xemx tiżreġ?

Jidher li hemm taħlita ta’ opinjonijiet jekk illum u fil-jiem li ġejjin għandniex nistennew ix-xita bir-ragħad u s-sajjetti jew inkella jekk ix-xemx hux se tkun qed tgħanni.

Ir-rapport tat-temp mill-uffiċċju metereoloġiku tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta qed jgħid li għal-lum se jkun xi ftit imsaħħab mingħajr ħjiel ta’ xita.

Malta Weather, qalet fuq Facebook li hemm ċans li sal-aħħar ta’ Settembru ma tinżilx qatra xita f’Malta minkejja li se tagħmel ħafna xita madwar il-Mediterran.

Iżda min-naħa l-oħra, First Malta qed tgħid li dalgħodu għandna nistennew xita bir-ragħad u s-sajjeti sakemm imbagħad tieqaf u l-bqija tal-ġurnata tibqa’ msaħħba.