Xirja ħaxix għar-residenti f’Ħal Far u l-infermiera

Kumpanija lokali għamlet xirja ta’ €2,000 fi ħxejjex li wasslithom lir-residenti f’Ħal Far u l-infermiera fl-Isptar Mater Dei. Il-kumpanija Gamesys għamlet dan il-ġest ta’ karità llum f’Ħamis ix-Xirka.

Ritratti li dehru fuq il-midja soċjali juru trakk imdaqqas mgħobbi b’tipi differenti ta’ ħxejjex imqassma f’boroż ippakjati bil-lest. L-infermiera fl-Isptar Mater Dei irringrazzjaw lill-kumpanija għal dan il-ġest.

Intant, MOAS, l-għaqda li taħdem mal-immigranti għaddejja b’ħidma kkoordinata biex tħejji maskri għall-persuni vulnerabbli. F’messaġġ fuq Facebook MOAS qalet li minn meta għamlet l-appell għall-ħajjata rċiviet 250 imejl biex jgħinu f’din l-inizjattiva. Id-disinjatur tal-ħwejjeġ Luke Azzopardi għen billi ta’ r-riżorsi u anke ħejja filmat ta’ kif iridu meħjuta l-maskri.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn