Xiri u bejgħ ta’ bonds u ishma mid-dar bil-BOV eBrokerage

Ibni portafoll ta' investiment b’mod faċli u sigur mill-kumdità tad-dar

Read in English.

Klijenti li jħobbu jixtru jew ibigħu bonds, ishma u tradable securities, illum jistgħu jagħmlu dan permezz ta’ metodi konvenjenti biex anke’ jinnegozjaw mill-kumdità ta’ darhom.

Il-Bank of Valletta qed joffri servizz tal-eBrokerage permezz tal-BOV Internet Banking, fejn il-klijenti jistgħu jibagħtu l-ordnijiet tagħhom relatati ma’ stockbroking onlajn fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata, b’mod faċli u sigur, mill-kumdità ta’ darhom.

Il-Bank of Valletta bħalissa qed joffri skont ta’ 25% fuq it-tariffi ta’ stockbroking għal-trade instructions li jiġu eżegwiti u mibgħuta permezz tas-servizz tal-eBrokerage. Klijenti li jużaw is-servizz tal-internet banking tal-BOV jistgħu jaċċessaw is-servizz tal-eBrokerage (my money, my investments, buy or sell securities) u jibdew jgawdu minnufih minn din l-offerta. L-iskont ma japplikax fuq tariffi minimi, kambju jew fuq ħlasijiet ta’ tariffi li jitħallsu mill-Bank.

“Is-servizz tal-eBrokerage tal-BOV huwa mod faċli u konvenjenti biex teżegwixxi dawn it-tip ta’ trade instructions. Jipprovdi lill-klijenti tagħna aċċess għal securities mhux kumplessi kemm barranin kif ukoll lokali bħal ekwitajiet, dejn korporattiv, ETFs, stocks tal-gvern kif ukoll dejn sovran barrani,” qal Mark Scicluna, Eżekuttiv tal-BOV responsabbli għal-Capital Markets and Institutions. “Aħna kburin li noffru diversi mezzi differenti biex il-klijenti tagħna jista’ jkollhom aċċess għas-servizzi ta’ stockbroking, ibbażati fuq il-preferenzi personali tagħhom.”

Is-servizz tal-eBrokerage huwa msaħħaħ b’tim ta’ traders professjonali li jeżegwixxu l-istruzzjonijiet tal-klijenti mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-8.00am sas-5.45pm, kif ukoll fil-festi pubbliċi lokali. “Il-klijenti tagħna jistgħu jserrħu rashom għax jafu li wara dan is-servizz diġitali hemm tim b’saħħtu ta’ traders professjonali b’diversi snin ta’ taħriġ u esperjenza u li jassiguraw li l-istruzzjonijiet jiġu eżegwiti bl-iktar mod effiċjenti u skont il-prattiki tal-Best Execution tal-Bank,” kompla Scicluna.

Klijenti li jippreferu jiddiskutu l-għażliet ta’ investiment tagħhom ma’ Konsulent Finanzjarju jew jixtiequ jinnegozjaw fi strumenti finanzjarji kumplessi jistgħu jagħmlu dan billi jikkuntattjaw wieħed miċ-Ċentri ta’ Investiment tal-Bank of Valletta. Il-Konsulenti huma awtorizzati sabiex jipprovdu pariri finanzjarji bla ħlas fuq bonds u ekwitajiet lokali u barranin li jaqblu mal-investiment u l-profil tar-riskju tal-klijenti, filwaqt li fl-istess ħin jgħinhom jiksbu diversifikazzjoni fil-portafoll tagħhom.

Iċ-Ċentri ta’ Investimenti tal-BOV jistgħu jiġu kkuntattjati kif ġej – Bir id-Deheb fuq 2275 1377, Gżira fuq 2275 1349, Mosta fuq 2275 1334, Ħal Qormi fuq 2275 1314, Valletta fuq 2275 1315, jew ir-Rabat Għawdex fuq 2275 1324. Il-klijenti jistgħu ukoll jagħmlu appuntament online billi jidħlu fuq https://www.bov.com/assistants/investments-appointment.

Il-valur tal-investimenti jista’ jinżel kif ukoll jitla u jista’ jkun affettwat minn bidliet fir-rati tal-kambju. Il-passat mhux garanzija tal-futur. Maħruġ mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130. Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA, liċenzjata biex twettaq in-negozju tas-servizzi bankarji u ta’ investiment skont l-Atti tas-Servizzi Bankarji u ta’ Investiment (Kap.370, 371 tal-Liġijiet ta ‘Malta).