Xi ntqal f’diskussjoni dwar l-agrikoltura fi Brussell?

F’laqgħa bejn il-Kunsill tal-Ministri Ewropej tal-Agrikoltura ntqal li huwa importanti li l-Unjoni Ewropea tiehu miżuri li jissimplifikaw mekkaniżmi ta’ sussidjarjetà bejn l-Istati Membri. Dan ħareġ ċar minn din id-diskussjoni dwar l-agrikoltura ta’ wara s-sena 2020 li seħħet fi Brussell.

Waqt din il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri sostna illi l-punt ta’ tluq sabiex jintlaħaq sens ta’ simplifikazzjoni jibqa’ illi miżuri li preżentament huma importanti għall-bdiewa u r-raħħala f’pajjiżi differenti dawn jibqgħu fis-seħħ.

Dan għaliex, skont l-istess Segretarju Parlamentari hemm riskju li tinħoloq aktar ambigwità u kumplessità jekk dawn ma jibqgħux fis-seħħ.