X’inhuma l-intenzjonijiet ta’ Matthew?

Fl-episodju tal-lum ta’ Sorelle se naraw għaliex Lorraine tinsab irrabjata bil-kbir għal Bella. Norman jixtieq jerġa’ jieħu lil Samantha lura Londra. Iżda x’se jgħidulu ħutha?

Felicity se terġa’ ċċempel lil Janice għaliex Matthew xtaq jaraha qabel li kien suppost jiltaqa’ magħha. xi jrid? Iżda Matthew se jċempel ukoll lil Liana. X’se jitlobha? U x’intenzjoni għandu li jagħmel meta din tmur tarah?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind. Jixxandar fuq TVM fit-3pm.