X’inhuma l-eluf ta’ kili ta’ droga maqbuda f’Malta mill-2013?

Read in English.

Eluf ta’ kili ta’ droga ġew maqbuda mid-Dwana ta’ Malta mill-bidu tal-2013 sa April tal-2019.

Dan ħareġ minn statistika li pprovda l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna fil-Parlament hekk kif kien qed iwieġeb mistoqsija tad-deputat Claudio Grech.

L-aktar droga li nqabdet mill-Pulizija kienet dik kannabis b’total ta’ 16,176 kilogramma. Inqabdu wkoll total ta’ 20,400 pillola ecstasy, 1,970 kilogramma khat u 1,266 kilogramma kokaina. Intant inqabdet ukoll 150 gramma eroina.

Aqra: Id-Dwana tagħmel sejba oħra ta’ 90kg kokaina minn 3 kontejners

Skont l-istatistika, l-aktar sena li fiha inqabdet droga jidher li kienet l-2018 fejn inqabdu 184.7 kilogrammi kokaina b’valur ta’ €18-il miljun. Intant inqabdu total ta’ 15,922 kilogramma kannabis b’valur ta’ €28.5 miljun.

L-aktar sena li fiha nqabdet droga kokaina hija propju l-2019, hekk kif bejn ix-xhur ta’ Jannar u April inqabdet total ta’ 750 kilogramma li tammonta għal aktar minn €86 miljun. Intant il-pilloli tal-ecstasy ġew konfiskati mid-Dwana l-aktar fl-2013, fejn kienu nqabdu total ta’ 20,000 pillola. Jidher li ma hemmx stastika dwar il-valur tagħha hekk kif din bdiet tinżamm mill-2016 lil hawn.

Aqra: €57 miljun droga maqbuda mid-Dwana