X’inhuma l-effetti tal-coronavirus fuq il-familji?

Il-psikoterapista tal-familja Karl Wright qal li l-pandemija tal-coronavirus ġabet magħha realtajiet ġodda għall-familji Maltin u madwar id-dinja kollha. Qal li l-familji qed jaffaċċjaw diversi problemi imma hemm familji oħra fejn ir-relazzjoni tjiebet.

Għaliex qed titjieb ir-relazzjoni bejn xi familji?

Wright spjega ma’ Newsbook.com.mt li fejn qabel ċertu familji kien ikollhom ħin limitat fejn kienu jkunu flimkien, issa qed isibu aktar ċans biex ikunu flimkien. Qal li fejn qabel bħal qisu kulħadd kien ikun għaddej bil-qadi u x-xogħol tiegħu għal rasu, issa ħafna qed jibqgħu fid-djar mal-qraba tagħhom.

Familji oħrajn iżda għaddejjin minn problemi varji

Minkejja li hemm lat pożittiv, dak negattiv ma jonqosx. Wright irrimarka li hemm familji li tant kienu mdorrijin kulħadd jgħix għal rasu li kif sabu ruħhom flimkien, bdew jiżdiedu l-problemi. Qal li hawn jibdew l-argumenti, u ħafna drabi r-raġuni għal dan hija li jibdew iħossuhom bħal propju magħluqin kollha fl-istess gaġġa.

Wright semma wkoll kif dan il-perjodu ġab ukoll riskju akbar ta’ parental alienation f’każ ta’ ġenituri separati. Parental alienation tfisser li ġenitur jiġi mċaħħad mill-ulied u f’ċerti każijiet jiġi mpitter bħala monstru mill-ġenitur l-ieħor.

Qal ukoll li hemm realtajiet kollha li żdiedu f’dan iż-żmien, fosthom aktar każi ta’ vjolenza domestika u abbuż. Dan hekk kif issa, il-vittmi u l-persuna li qed tikkawża din il-vjolenza.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn