X’inhu l-Milied Għalik?

The Travellers

Read in English.

The Travellers qed jippjanaw biex iniedu l-aħħar single tagħhom: X’inhu l-Milied Għalik?. Il-vidjow mużikali ser joħroġ fid-9 ta’ Novembru, 2020.

L-2020 kienet sena diffiċli għal kulħadd. Il-messaġġ li jridu jwasslu The Travellers lill-pubbliku Malti huwa wieħed ta’ tama u entużjażmu għal ġejjieni.

Il-Milied huwa żmien speċjali; ma tagħmel l-ebda differenza int min int jew għala tiċċelebra l-Milied. Huwa żmien fejn kulħadd jgħin lil xulxin. Żmien fejn naħsbu f’min hu inqas ixxurtjat minna u ngħinu lil dawk li huma fil-bżonn waqt li nħarsu lura lejn din is-sena biex naraw fejn nistgħu ntejbu lilna nfusna.

Fl-aħħar snin The Travellers irnexxielhom jilħqu l-quċċata taċ-charts tar-radju lokali u tal-PRS ħafna drabi matul is-snin, kif ukoll kabbru l-fan base tagħhom. Dan apparti aktar minn 3 miljun view fuq il-Youtube Channel tagħhom u aktar minn 500,000 stream fuq Spotify.