X’inhu l-imgħoddi ta’ Bella?

Din il-ġimgħa ta’ puntati tas-sensiela Sorelle tiftaħ billi naraw lil Bella tirrakkonta episodju minn ħajjitha. X’se jaħseb Norman? Għaliex Samantha qatt ma kienet qaltlu xejn dwar ħutha?

Ritienne tmur tiftaħ qalbha ma’ Jodi dwar il-mewt ta’ Valent. Għaliex tinfaqa’ tibki? U Jodi x’taħseb?

Min se jmur jiltaqa’ ma’ Asia?

Sorelle jixxandar fuq TVM fit-3pm. Din is-sensiela, bi produzzjoni ta Rewind, għandha kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Dr Michael Vella Haber.