X’inhu l-aħjar? Belgħa kafè jew tieħu nagħsa?

Li tħossok għajjien waranofsinhar hija parti mill-fenomenu tal-arloġġ naturali tal-ġisem. Imma x’inhu l-aħjar li tagħmel biex tikkumbatti din l-għejja? 
Riċerka mill-Ġappun u l-Ingilterra turi li meta wieħed tiġi fuqu din l-għejja, għandu jieħu kafè u jieħu nagħsa ħafifa, ta’ bejn 10 u 20 minuta, eżattament wara. 
Dan għaliex il-kafè ġeneralment jieħu madwar 25 minuta biex jibda jaħdem. B’hekk, meta wieħed iqum, iħossu aktar iffukat. 
Dan mhux l-unika benefiċċju li wieħed jieħu minn nagħsa ħafifa wara nofsinhar. Billi jadotta din id-drawwa, wieħed inaqqas il-pressjoni fid-demm, ikun jilqa’ aktargħall-mard, u jnaqqas iċ-ċans li jmut b’attakk tal-qalb. 
Mela d-darba li jmiss li tħossok għajjien waranofsinhar, ħu “napuccino”.