X’inhu jiġri mill-midfielder ta’ Arsenal Mesut Ozil?

Il-midfielder Ġermaniż beda biss darba fil-logħob tal-Premier League din is-sena. Fl-aħħar erba’ logħbiet, Ozil kanqas biss intagħżel biex ikun fuq il-bank.

In-nuqqas tiegħu nhar it-Tnejn qajjem aktar mistoqsijiet. Arsenal bagħtew fil-kreattività u għalkemm pruvaw diversi drabi biex jippenetraw id-difiża ta’ Sheffield United, ma rnexxielhomx.

Fl-aħħar kienu Sheffield li rebħu bl-iskor ta’ 1-0 u Arsenal komplew żiedu man-numru ta’ telf. Il-coach ta’ Arsenal kien intervistat minn BBC Sport. Huma saqsewh jekk Ozil setgħax intagħżel mat-tim u Unai Emery wieġeb b’sempliċiment “jista’ jgħina, iva.”S’issa għadu mhux magħruf l-għaliex Ozil qed jingħata l-ġenb fit-tim  ta’ Arsenal.