X’inhu jiġri bejn Vince u Kelly?

Sorelle jkompli llum fl-3.40pm fuq TVM fejn naraw x’inhu jiġri bejn Vince u Kelly? Lorraine rrakkontat lil Neil dwar ħajjitha ma’ Roy… x’qaltlu?

Angela tmur tiltaqa’ ma’ Naomi. Għaliex kienet irrabjata għaliha? U Naomi x’reazzjoni se jkollha?… fejn se teħodha?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.

Dan l-episodju jkollu repetizzjoni llejla fuq TVM fil-11.30pm u għada fis-6.15am. L-episodji ta’ ġimgħa sħiħa jixxandru s-Sibt mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.