X’inhu jagħmel Twitter dwar l-abbużi razzisti fuq il-midja soċjali?

Twitter se jkunu qed jiltaqgħu ma’ Manchester United u Kick It Out minħabba l-messaġġi razzisti li rċieva Paul Pogba. Il-Franċiz kien it-tielet plejer f’ġimgħa li kien abbużat razzjalment fuq il-midja soċjali wara li tilef penalty.

Ħafna minn sħabu li jilgħabu miegħu ikkritikaw l-abbuż, u l-coach tat-Tim Ingliż tan-Nisa Phil Neville appella biex il-plejers jieqfu jużaw il-midja soċjali.

AQRA: Phil Neville jappella biex il-komunità tal-futbol tieqaf tuża l-midja soċjali

Twitter qalu li se jkunu qed jiltaqgħu ma min hu involut biex juruhom ix-xogħol li qed jagħmlu biex jiġġieldu kontra l-abbuż.