X’inhu għaddej f’Dar l-Anġli?

Illum fit-3pm fuq TVM se titwassal puntata oħra mis-sensiela ta’ kuljum Sorelle b’kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa. Din il-puntata jkollha repetizzjoni llejla fil-11.25pm u nhar it-Tnejn fis-6.15am. Il-puntati kollha ta’ ġimgħa sħiħa jitwasslu għada s-Sibt fuq TVM 2 mill-11am ‘il quddiem.

Fil-puntata tal-lum naraw lil Maxine titlob lil Janice biex tagħmel tliet domandi lil Leo meta tmur tarah. X’inhuma dawn id-domandi? U taħsbu li Janice se tgħinha jew le?

X’inhu għaddej f’Dar l-Anġli? Min hi Asja?

Waqt li Jodi tkun ħierġa minn ħdejn Angela biex tmur id-dar tisma’ lil xi ħadd jitkellem. Min qed jitkellem u x’intqal? Għaliex Jodi terġa’ tmur fil-kamra ta’ Angela?