X’inhu għaddej bejn l-erba’ ħitan tal-injam?

Għadu misteru x’qiegħed jiġri dwar ir-restawr tal-monument tal-Assedju l-Kbir, u l-fatti komplew jiċċajpru wara li dehru kitbiet kunfliġġjenti onlajn mill-blogger Manuel Delia u mill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici.

Delia tella’ kitba fis-2.05pm fejn qal li l-Ministru Bonnici qed jigdeb dwar ir-restawr, għaliex il-fjuri li tpoġġew hemm għall-Vitorja fit-8 ta’ Settembru, inkluż dawk li qiegħdet il-President ta’ Malta, għadhom hemm. Kulma jidher li sar hu li tqiegħdu 2 bottijiet blu li hemm immarkat “corrosive” fuqhom.

Owen Bonnici you’re lying. The Great Siege Memorial has been barred from view for 12 days for works you said have…

Posted by Emanuel Delia on Thursday, September 20, 2018

B’risposta għal din il-kitba ta’ Manuel Delia, il-Ministru Owen Bonnici tella’ xi ritratti fuq Facebook fis-2.30pm, biex jirringrazzja lill-ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr tax-xogħol li qed jagħmlu. Fir-ritratti jidhru ħidmiet minimi li qed isiru fuq il-monument, li ma jispjegawx kif ilu mgħotti għal 12-il ġurnata.

Grazzi lill-haddiema tad-Direttorat tar-Restawr li, b'ghajnuna minn Heritage Malta, minn nhar it-Tnejn li ghadda bdew jaghmlu interventi riparattivi fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir.

Posted by Owen Bonnici on Thursday, September 20, 2018

Il-barrieri li ttellgħu madwar il-monument tal-Assedju l-Kbir sakemm isir ir-renovar issa inksew kollha bi strixxuni li jirreklamaw il-monument, u li se jagħmluha diffiċli għall-attivisti biex ikomplu jsemmgħu leħinhom dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia permezz ta’ dan il-post.