X’inhu dak li Ġesù wiegħed lill-Appostli qabel ma tela’ s-sema?

Illum il-Knisja qed tiċċelebra l-festa ta’ Lapsi, jew aħjar it-tlugħ fis-sema ta’ Ġesù. Marguerite Agius u George Cassar huma l-mistiedna ta’ Antonella Galea Loffreda għall-programm tal-lum mis-sensiela Il-Kelma li jixxandar fil-11.30am fuq l-istazzjon One.

Xi tfisser din il-ġurnata fil-ħajja tan-nisrani? X’inhu dak li Ġesù wiegħed lill-Appostli qabel ma tela’ s-sema? Rev Dr Martin Micallef O.F.M. Cap. jagħti l-ispjega tiegħu mil-lat bibliku waqt li Fr Louis Mallia MSSP se jkun qed jittratta l-qaddisin tal-ġimgħa u jagħtina tagħrif dwarhom.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPI Media, b’direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia MSSP.

Dan il-programm ġie rrekordjat qabel ma ngħataw l-istruzzjonijiet dwar il-COVID 19 mid-Dipartiment tas-Saħħa.