X’inhi x-xewqa li għandu Karl?

Is-sensiela ta’ kuljum Ħbieb u Għedewwa tkompli llum fl-3.45pm fuq Melita More, Channel 315. Illum se nsegwu bosta intriċċi li se jagħlqu din it-tieni ġimgħa ta’ xandir tas-sitt u l-aħħar staġun li għandu produzzjoni ta’ Rewind fuq kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Dr Michael Vella Haber.

Illum naraw Karl jixtieq li jsir missier. X’qed iżommu milli jikseb xewqtu? U Valentina x’se tgħidlu dwar Kristianne?

Gloria għaliex se ċċempel lil Decelis?

Winnie x’se tistaqsi lil ommha meta tmur id-dar? X’inhu dak li hi tixtieq tkun taf? X’se tgħidilha Gloria? Decelis x’qed jissuspetta dwarha?

Il-puntati l-ġodda ta’ Ħbieb u Għedewwa se jkomplu nhar it-Tnejn, dejjem fuq Melita More.