X’inhi t-tifsira ta’ “Id-dinjità tal-bniedem”?

Is-suġġett li Christine Delicata se tkun qed titkellem dwaru llum waqt il-programm Sensilhena li jixxandar fuq TVM2 fit-8.15pm huwa “Id-Dinjità tal-Bniedem”. Mistiedna se jkun hemm Miriam Sciberras u se jiddiskutu dwar xi nfissru meta ngħidu “Id-dinjità tal-bniedem”.

Kif nuru rispett lejn id-dinjità umana? Minn meta għandna nibdew nuruha? Dan u aktar waqt din id-diskussjoni. 

Bħas-soltu Hilary Spiteri se jagħżel biċċa xogħol tal-arti biex jitkellem dwarha waqt li Fr Louis Mallia jikkonkludi l-programm bi ħsieb tiegħu. 

Il-produzzjoni eżekuttiva ta’ CPi media. Id-direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia MSSP.

Nota: Dan il-programm ġie rrikordjat qabel ma ngħataw l-istruzzjonijiet dwar il-COVID 19 mid-Dipartiment tas-Saħħa.