X’inhi s-soluzzjoni għall-kwantita ta’ annimali abbandunati?

Illum waqt Animal Diaries li jixxandar fuq TVM fis-7pm, Moira Delia se tindirizza s-soluzzjoni għall-kwantita ta’ qtates u klieb abbandunati.

M’hemmx wisq fuq xiex taħseb għax soluzzjoni waħda hemm: Tiswija!

Meta int isewwi l-annimal tiegħek tkun qed ittawwallu l-ħajja tiegħu. Bl-istess tiswija nnaqsu l-kwantita ta’ qtates fit-toroq tagħna.

Mistiedna fl-istudjo se naraw lil Dr Catherina Portelli kif ukoll Rosalind Agius li kienet strumentali biex eluf tal-klieb abbandunati jsibu familji li jaddottawhom.

Waqt il-programm Animal Diaries huma se jkunu qed jiddiskutu ma’ Moira proprju fuq dan is-suġġett.

Waqt l-istess programm se naraw lil Moira Delia fir-Rumanija hekk kif tidħol fil-foresta fi tfittxija għall-orsijiet! Fl-ambjent naturali tagħhom timxi u tisma’ ħsejjes li żgur m’aħniex imdorrijin nisimgħu.

Animal Diaries ikollu repetizzjoni l-Ħadd fis-1.15pm fuq TVM2.