X’inhi r-relazzjoni futura tar-Renju Unit mal-UE?

Illum niddiskutu numru ta’ aħbarijiet mix-xena Ewropea, fosthom ir-relazzjoni futura tar-Renju Unit mal-Unjoni Ewropea, wara li l-Ewropa qablet li r-relazzjoni għandha tkun waħda ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles, pjuttost ambizzjuż. Minħabba l-importanza tar-Renju Unit – id-daqs tal-ekonomija, il-viċinanza ġeografika, kompetizzjoni futura li jista’ jkun hemm – huwa importanti li jkun hemm livell ta’ opportunitajiet ugwali għaż-żewġ partijiet.

Inħarsu wkoll lejn id-diskussjonijiet u l-qbil dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed fil-kuntest ta’ tkabbir eventwali tal-Unjoni, il-proċess li għandu jkun hemm, li kien ġie sospiż parzjalment minħabba intervent ta’ Franza, li jikkonċerna l-aċċess tal-Maċedeonja ta’ Fuq u tal-Albanija.

Niddiskutu wkoll l-MFF (Multi Framework Financial Package) b’intervent mss-sessjoni plenarja u d-dikjarazzjoni tas-Segretarju tal-Istat Kroat responsabbli mill-Affarijiet Ewropej, li bħalissa għandha f’idejha l-Presidenza tal-Unjoni  Ewropea, Nikolina Brnjac.