X’inhi l-verità?

Il-cast kollu tas-sensiela Għeruq

Fir-raba’ puntata mis-sensiela Għeruq se naraw kif iż-żjara tar-raġel sinjur turta lil bosta. Iħossu li dak għalihom huwa theddida serja. Bdiewa oħrajn ikunu diġà għaddew mill-istess esperjenza li jeħdulhom l-art li raw l-għajxien tagħhom minnha, xi drabi anke bil-forza. Bir-raġun jibżgħu li l-istess jista’ jiġri lilhom.

Huma jħallsu l-qbiela lil Bennard, u Bennard dejjem kien jgħidilhom li kien jgħaddi dik il-qbiela lis-Sinjur tal-Imdina. Bennard kien jgħidilhom ukoll li s-Sinjur qatt mhu se jbigħ dik l-art. Imma x’inhi l-verità?

Għeruq, b’kitba ta’ Joe Gatt u bi produzzjoni ta’ Hermann Bonaci Productions se tixxandar illum is-Sibt fit-3.30pm fuq l-istazzjon Xejk.