X’inhi l-esperjenza tiegħek tal-pandemija tal-coronavirus?

Miguela Xuereb

Il-pandemija tal-coronavirus ħarbtet is-sena 2020 ta’ taħt fuq. Id-dinja kollha għaddejja minn mument straordinarju li għad jibqa’ mniżżel fl-istorja. Għaldaqstant, il-Ministeru tas-Saħħa nieda inizjattiva sabiex jiddokumenta l-esperjenza tal-Maltin tal-pandemija tal-Covid-19.

Il-proġett Pandemija għandu l-għan li tinġabar informazzjoni li tinkludi esperjenzi personali, stejjer, ritratti u materjal ieħor li tixħet dawl fuq il-ħajja f’Malta fi żmien il-pandemija.

L-informazzjoni provduta għandha mbagħad tidher f’arkivju nazzjonali pubbliku b’informazzjoni storika ta’ valur. Min jiddeċiedi li jipparteċipa f’din ir-riċerka se jiġi kkuntattjat mir-riċerkaturi.

L-inizjattiva hija appoġġjata mill-kumpanija GO.

Aktar tagħrif hawn.