X’inhi eżatt il-Green Deal tal-UE?

Illum niltaqgħu ma’ Alex Agius Saliba li ġie nnominat mill-ġurnal Politico għall-MEP Awards, dwar il-ħidma tiegħu fi ħdan il-Parlament Ewropew, u niddiskutu l-aspett diġitali, il-kwistjoni tal-Green Deal u anke l-baġit tal-Unjoni li kollha b’xi mod huma marbuta flimkien, b’rabta anke mal-isfond ta’ Brexit.

Nitkellmu wkoll ma’ Nicole, ġurnalista ma’ Newsbook.com.mt u membru ta’ JCI Malta – Junior Chamber Internatioanl, li organizzaw attività msejjħa Meet the MEPs , biex tqarreb lill-Membri Parlamentari Ewropej maż-żgħażagħ. Kellna wkoll intervent ta’ Miriam Dalli, li kienet MEP preżenti għal din l-attività.