X’inhi d-differenza bejn riħ u influwenza?

Kultant jista’ jkun diffiċli li tinduna jekk għandekx l-influwenza jew sempliċiment riħ, għaliex is-sintomi jistgħu jkunu pjuttost simili.

Id-differenzi ewlenin huma:

Sintomi tal-influwenza:

  • Jibda f’salt wieħed
  • Normalment jinkludi deni u wġigħ fil-muskoli
  • Tħossok wisq ma tiflaħx biex tkompli l-attività regolari tiegħek

Sintomi ta’ riħ

  • Jibdew gradwalment
  • Jaffettwaw b’mod ewlieni l-imnieħer u l-griżmejn
  • Ikunu sintomi pjuttost ħfief, għalhekk xorta tkun tista’ tkompli bl-attività regolari tiegħek.

Jekk int b’saħħtek, u għandek sintomi ħfief tal-influwenza, ġeneralment ma jkunx hemm bżonn li tmur għand it-tabib tiegħek. L-aħjar ħaġa li tagħmel hi li toqgħod għall-mistrieħ id-dar, iżżomm sħun/a u tixrob ħafna biex tevita n-nixfa.

Jista’ jkollok bżonn mediċina biex tbaxxi t-temperatura għolja u ttaffi l-uġigħ.

Tmurx għax-xogħol jew l-iskola sakemm tħossok aħjar.

Normalment tħossok aħjar fi żmien ġimgħa.

Tagħtix aspirina lit-tfal taħt it-12-il sena.

Il-vaċċin tal-influwenza hija disponibbli bla ħlas għall-

  • Persuni li għandhom 55 sena jew aktar
  • Tfal minn età ta’ 6 xhur sa 59 xahar
  • Persuni li jgħixu f’Istituti
  • L-istudenti li jattendu skejjel speċjali
  • Persuni li jbatu minn mard kroniku, respiratorju, mard tal-qalb, mard tal-fwied, mard tal-kliewi, dijabete, sistema immunitarja dgħajfa, inkluż l-HIV jew l-AIDS.

Il-viruses li jikkawżaw l-influwenza jinbidlu kull sena u għalhekk għandek tingħata l-vaċċin kontra influwenza kull sena sabiex tkun protett.

Għal aktar informazzjoni ċempel lid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-mard fuq 23266000 jew liċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tilqim fuq 2568 0222/3/3.

AQRA: 14-il sintomi tal-influwenza

Din l-informazzjoni twasslet fuq il-fuljett maħruġ mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard.