X’inhi d-differenza bejn il-paga tal-plejers nisa u rġiel?

Getty Images

Il-futbol tan-nisa qed jikber fil-popolarità. L-udjenza globali li qed tara t-Tazza tad-Dinja tan-Nisa li għaddejja bħalissa, mistennija tlaħħaq il-biljun persuna. Iżda l-plejers infushom qed jiżdidilhom id-dubju dwar l-ammont ta’ flus li qed jirċievu fi premijiet li jirċievu meta mqabbla mal-plejers irġiel.

Ir-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja tal-Istati Uniti Hope Solo qalet li d-differenza fil-flus bejn il-plejers nisa u plejers irġiel hija esaġerata. Ir-rebbieħa fi Franza se jirċievu madwar €3.6 miljun, darbtejn l-ammont tat-turnew preċedenti fl-2015. Il-flus tal-premju mogħtija lil timijiet oħra jiddependu f’liema post jiġu, u jibdew minn €661, 413 biex jieħdu sehem fl-istadju inizjali tal-grupp. B’kollox, Fifa tagħti €27 miljun lit-timijiet li jikkompetu fit-turnew tan-nisa.

It-total ta’ flus fi premijiet għat-Tazza tad-Dinja li għaddiet, it-timijiet tal-irġiel ħadu €355 miljun, aktar minn għaxar darbiet aktar mit-tim tan-nisa.
Spiss ikunargumentat li dan huwa marbut mad-differenza fid-dħul iġġenerat mill-avvenimenti tal-irġiel u tan-nisa. Madankollu, Fifa tgħid li d-dħul kummerċjali mit-Tazza tad-Dinja tan-Nisa ma jistax jiġi separat minn kompetizzjonijiet oħra tal-Fifa, minħabba li d-drittijiet ħafna drabi jinbiegħu bħala pakkett.